05/04/2025
Ilbieraħ iltqajna bħala tim u ħarisna lejn l-istaġun sabiħ li kelna flimkien. Lagħbna ftit darts, kilna fenek mill-itjeb grazzi għal 83 Bar & Grill u wara ma naqsitx biċċa kejk tajba grazzi għal Marlon Roberts.
Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 MG Consulting Malta
29/03/2025
Waslet fi tmiemha l-esperjenza li kellu t-tim tagħna fit-tielet diviżjoni tal-league nazzjonali tad-darts organizzat mill-Malta Darts Association.
Fil-bidu, l-uniku oġġettiv kien li jingħaqad it-tim u li nkunu kompetittivi, biss aktar ma' għaddew ġimgħat, aktar bdejna nġibu riżultati pożittivi tant li bdejna nemmnu li nistgħu niġġieldu għall-promozzjoni.
Ninsabu aktar minn sodisfatti li spiċċajna fit-tielet post, punt il-bogħod minn promozzjoni awtomatika. Qiegħed jintqal dan kollu għax tibqa' l-eventwalita` li għall-istaġun li ġej ikunu promossi aktar minn żewġ timijiet.
Nixtiequ bħala tim nirringrazzjaw lit-timijiet kollha li lgħabna kontrihom fejn dejjem, f'kull logħba, irrenja l-ispirtu sportiv. Grazzi wkoll lill-plejers tagħna tal-impenn matul l-istaġun kollu. L-aħħar u żgur mhux l-inqas grazzi lis-segwaċi tagħna u lill-isponosrs 83 Bar & Grill u MG Consulting Malta.
Naraw x'se jkun il-futur ta' dan it-tim għall-istaġun li jmiss.
Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 Mario Aquilina
17/03/2025
Wara r-rebħa tajba barra minn darna li t-Tim tagħna kellu nhar il-Ġimgħa bl-iskor ta' 0-8, ninsabu nokkupaw ir-raba' post fil-klassifika.
Meta fadal żewġ logħbiet għal tmiem il-kampjonat, ninsabu sodisfatti mmens b'dak li rnexxielna niksbu sa issa fl-ewwel staġun tagħna.
Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 83 Bar & Grill MG Consulting Malta Mario Aquilina
16/03/2025
Nistgħu ngħidu li kelna turnament suċċess b'livell għoli ta' logħob. F'dan it-turnament ipparteċipaw 33 plejer, bir-rebbieħ ikun Norbert Attard. Aquilina ġie fit-tieni post u Tony Borg u Brian Abela kienu joint third.
Nixtiequ nifirħu wkoll lill-plejer tagħna Ivan Borg għall-prestazzjoni li kellu u għall-highest finish ta' 151.
Grazzi wkoll lill-isponsors tagħna: Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 MG Consulting Malta 83 Bar & Grill Banju Boutique Glenn Bedingfield
16/03/2025
Kollox lest għat-turnament tad-darts li se jkun qiegħed jorganizza MMG Darts Tim fil-każin dalgħodu. Reġistrazzjoni sad-0930hrs. Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 MG Consulting Malta
Grazzi lill-isponsors tagħna Banju Boutique 83 Bar & Grill Glenn Bedingfield
14/03/2025
Illejla t-Tim tagħna se jkun impenjat f'logħba 'away' kontra 'Dukes Darts Team B'.
Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 Mario Aquilina Karl Midolo Leli Ciantar 83 Bar & Grill MG Consulting Malta Etienne Galea Manwel Borg Rayant Coleiro Tanti Borg Micallef Roberts Tolhurst Micallef Mizzi
28/02/2025
It-Tim tagħna, grazzi għas-sostenn ta' numru ta' sponsors (imsemmijin fil-Poster), għall-ewwel darba se jkun qiegħed jorganizza dan it-tournament skont rekwiżiti tal-Malta Darts Association.
Inħeġġu lill-plejers kollha, kif ukoll individwi entużjasti fil-logħba tad-darts, sabiex jattendu, hekk kif spjegat fil-poster.
Narawkom!
Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883Mario Aquilina83 Bar & GrillMG Consulting MaltaLeli CiantarKarl MidoloManwel BorgEtienne GaleaRayant Coleiro@Alex Micallef Tanti Borg Roberts Mizzi Micallef Tolhurst
24/02/2025
Rebħa oħra tajba barra minn darna nhar il-Ġimġħa li għaddiet bl-iskor ta' 1-7, biex b'hekk tkompli t-taqtiha għat-tieni post.
Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 Mario Aquilina 83 Bar & Grill MG Consulting Malta Manwel Borg Etienne Galea Karl Midolo Leli Ciantar Rayant Coleiro Micallef Tanti Tolhurst Roberts Mizzi Micallef Borg
21/02/2025
Illejla t-tim tagħna se jkun qiegħed jilgħab away kontra Sliema Club Lounge.
Nawguraw logħba tajba u riżultat pożittiv sabiex nibqgħu ma' ta' quddiem fil-klassifika.
Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 83 Bar & Grill MG Consulting Malta Rayant Coleiro Tony Grima Mario Aquilina Leli Ciantar Karl Midolo Manwel Borg Etienne Galea Ivan Borg Roberts Micallef Tanti Tolhurst Micallef Mizzi