Milan Club Malta 1979

Milan Club Malta 1979 The OFFICIAL Milan Club Malta page welcome to the largest AC Milan supporters club in the world!

FT 3-0Pulisic 14'Rabiot 61'Moreira 73'
20/09/2026

FT 3-0

Pulisic 14'
Rabiot 61'
Moreira 73'

HT 1-0
20/09/2026

HT 1-0

Kick off' ⚽️
20/09/2026

Kick off' ⚽️

Ftit hin iehor nerġgħu niltaqgħu, bħas-soltu, għal partita kontra Lecce! ⚽️🔥Qabel il-logħba, infakkrukom li tistgħu tgħa...
20/09/2026

Ftit hin iehor nerġgħu niltaqgħu, bħas-soltu, għal partita kontra Lecce! ⚽️🔥

Qabel il-logħba, infakkrukom li tistgħu tgħaddu tiġbru l-materjal sabiħ li ghadna din is-sena flimkien mat-tessera. Għal dawk li jixtiequ jġeddu t-tessera jew jissieħbu għall-ewwel darba, din hija wkoll l-opportunità tagħkom! ❤️🖤

Mela narawkom illejla fil-Milan Club Malta, il-Ħamrun Liberty biex insegwu l-partita flimkien.

⚽️ Kick-off: 20:45

🔥 Antifire Safety and Security
🎵🎶 Enchanted Music & Entertainment

Forza Milan! ❤️🖤

Din is-sena, l-kampanja ta karita’ annwali li tiġi organizzata mill-Milan Ultras Malta u l-Milan Club Malta b’ kollabora...
18/09/2026

Din is-sena, l-kampanja ta karita’ annwali li tiġi organizzata mill-Milan Ultras Malta u l-Milan Club Malta b’ kollaborazzjoni ma Roxanne Fabri Beauty Salon, se ssir għal ALS MALTA / DAR BJORN.

Il-Kampanja se tiftaħ fis-26 ta’ Settembru wara li noħorgu stqarrija uffiċjali kif u fejn għandhom jintbgħatu d-donazzjonijiet tagħkhom.
Il-Kampanja tgħalaq fil-25 ta’ Diċembru sabiex fil-jiem ta wara tiġi preżentata s-somma finali.
Grazzi f’isem Dar Bjorn u ALS Malta

18/09/2026

Għeżież Membri,

Nixtieq ninfurmakom li se ssir il-Laqgħa Ġenerali tal-Milan Club Malta fis-27 ta Settembru 2026.

Din il-laqgħa hija opportunità importanti biex niltaqgħu flimkien, niddiskutu l-ħidma tal-Club, inħarsu lejn dak li nkiseb matul is-sena li għaddiet u nitkellmu dwar il-pjanijiet u l-attivitajiet għall-perjodu li ġej.

Il-preżenza tagħkom hija ferm importanti, għaliex il-Club huwa magħmul minnkom ilkoll, u l-opinjoni u l-parteċipazzjoni ta’ kull membru huma apprezzati.

Għalhekk, inħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi u jieħu sehem f’din il-Laqgħa Ġenerali.

Grazzi tal-appoġġ u l-lealtà tagħkom lejn il-Milan Club Malta.

Forza Milan! ❤️🖤

Il-President
Milan Club Malta

Kronaka Milanista minn Frans Deguara...Milan-Benfica 0-2 ...Amorim, fejn hu l-logħob?!   Fl-1 partita tal-fażi tal-grupp...
17/09/2026

Kronaka Milanista minn Frans Deguara...

Milan-Benfica 0-2 ...Amorim, fejn hu l-logħob?!

Fl-1 partita tal-fażi tal-gruppi fl-Europa League, il-Milan ospitaw il-Benfica u tilfu 0-2... wara wirja diżastruża (bil-Lusitani b’ħafna plejers neqsin!), fejn komplew ma jiskurjawx fl-1 taqsima għall-5 logħba konsekuttiva, imma did-darba anke wara li Amorim bidel xi plejers, il-froġa kienet kompleta. Stennejna ħafna aħjar, għax barra li l-kowċ (+ Goncalo Ramos u Diego Moreira) huma eks Benfica, u l-aktar wara l-wirja tajba fit-2 taqsima vs Lazio. Beda b’formazzjoni anomala b’turnover ġmielu, imma anke wara li daħħal xi titulari ftit rajna progress. Fejn hu l-logħob “dominanti” li wiegħed?! Veru li bħala pussess tal-ballun kellu mas-60% imma kienx effettiv. Irid jifhem li ċerti plejers sempliċiment mhumiex ta’ Milan (forsi riservi), u kif qallu Capello: “l-ewwel sib il-leaders, li huma Pulisic u Rabiot, u ibni t-tim madwarhom”. Imma mill-esperjenzi preċedenti jidher li Ruben għandu rasu iebsa ħafna... issa naraw.
Diżappunt ieħor fit-telfa kien li kellu jkun kowċ Portugiż li jitlef għall-ewwel darba mal-klabb Portugiż li miegħu l-Milan qatt ma tilfu!! Infatti fis-6 logħbiet ta’ qabel insibu 4 rebħiet u żewġ pareġġi (bi 8 gowls kontra 3)! U xieraq kien l-omaġġ li taw lill-President tal-Benfica, l-eks plejer Manuel Rui Costa, li lagħab mal-Milan bejn l-2001 u l-2006 fejn rebaħ Champions League, Coppa Italia u Supercoppa UEFA fl-2003, kampjonat u Supercoppa Taljana fl-2003/04. Lagħab 192 darba u skorja 11-il gowl (fis-Serie A 124 – b’4 gowls)... imma jispikkaw ukoll il-55 assist!! Fl-aħħar sentejn tiegħu bdiet l-era ta’ Riccardo Kakà. Lil Rui Costa ppreżentawlu l-flokk bin-nru 10 (u lil Altafini dak bin-nru 9), u ddikjara: “Li niġi milqugħ b’dal-mod hu mument ta’ unur kbir. Grazzi lil kulħadd għal dawn il-5 snin meraviljużi li qattajt hawn. Irbaħna flimkien magħkom. Li nagħmel parti minn din l-istorja tagħmilni orgoljuż”. Żmijnijiet ferm, u ferm, u ferm isbaħ!!

KRONAKA. Quddiem 68,393 persuna (fosthom Ibra), il-Benfica bdew aħjar. U ma kinitx sorpriża li fetħu l-iskor fis-16’ permezz ta’ Dodi LUKEBAKIO, li b’xutt bix-xellug wara ħarba mil-lemin fejn Bartesaghi kien wisq timidu. Il-Lusitani laqtu wkoll il-lasta fit-22’ permezz ta’ Sudakov, ballun mitluf minn Jashari... bil-Milan jibqgħu jbatu fuq il-linja xellugija!
Wara l-intervall Amorin daħħal lil Gila u Pulisic flok Hutchinson (li għoġobni) u Terracciano. Fil-50’ De Winter tilef ċans kbir inkredibbilment. 3’ wara l-Benfica rduppjaw, bil-Milan jibqgħu passivi. U emblematika kienet l-azzjoni tal-gowl. El Karouai kompla azzjoni wara xutt ta’ Duran li ħabat ma’ difensur, daħal Jakob KAMINSKI li tefa’ wara Maignan faċilment... bi 8 (!) plejers Milanisti fil-kaxxa jħarsu lejn il-ballun! Fis-56’ daħlu Moreira e Saelemaekers flok Cisse u Bartesaghi, u fit-72’ Rabiot flok Jashari. Qabel, fil-61’ il-gowler Trubin salva b’diffikultà xutt sabiħ ta’ Pulisic, fost l-aktar attivi. Mill-bqija l-Benfica ikkontrollaw l-attakki konfużi tal-Milan, u rebħu meritatament... u kien ġust it-tisfir tat-tifosi Milanisti lejn it-tim tagħhom.
L-istatistika turi: xuttijiet: 17-11 (fil-lasta 4-4); fawls 14-12; korners 10-1; pussess ballun 60.5%-39.5%... li ma turix preċiż l-andament tal-logħba, għax il-Benfica kienu f’kontroll assolut tul il-partita kollha. L-aħjar (jekk nistgħu ngħidu hekk) kienu Pulisic u Rabiot, iżda kien hemm ħafna insuffiċjenzi!
Il-Milan lagħbu hekk (3-4-2-1): Maignan; Terracciano (46’ Gila), De Winter, Pavlovic; Chukwueze, Musah, Jashari (73’ Rabiot), Bartesaghi (57’ Moreira); Hutchinson (46’ Pulisic), Cisse (57’ Saelemaekers); Ramos. Riservi: Torriani, Estupinan, Gabbia, Tomori, Loftus-Cheek, Modric u Camarda. Ir-referì kien l-Awstrijak Jarred Gillett.

KURŻITAJIET.
PASSIVITÀ. A propożitu tat-2 gowl tal-Benfica, l-eks Costacurta stqarr hekk quddiem Capello: “Darba l-Mister (għalih) ma lagħbnix għal żball bħal dak. Meta staqsejtu l-għala qalli [għax ma mmarkajt lil ħadd fil-kaxxa]”!!
IBRA. Fl-14 ta’ Settembru, jumejn qabel id-debutt tal-Milan fl-Europa League, f’Milanello reġa’ deher Ibrahimovic! Huwa sellem il-plejers u l-kowċ ‘il-ġdid’ (għalih!). Kien ilu 6 xhur ma jixref sa Milanello... mit-22 ta’ Marzu, 2026 (wara l-partita Milan-Torino 3-2). Wara kellu l-famuż argument aħrax ma’ Max Allegri u ma resaqx aktar ’l hemm... tant li l-kampanja akkwisti mexxewha Cardinale u l-AD Calvelli. Imbagħad Ibra mar l-Istati Uniti fejn ikkummenta l-partiti tat-Tazza tad-Dinja għall-istazzjon televiżiv Fox Sports.
AMELIA. Ta’ min jirrimarka li għal Milan-Benfica fis-sede tal-MCM 1979 (fil-Ħamrun Liberty) kien hemm preżenti l-eks gowler Marco Amelia, li mal-Milan lagħab 29 logħba bejn l-2010 u l-2014, u 9 partiti mat-tim nazzjonali Taljan, fosthom bħala t-3 gowler mat-tim rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2006. Huwa mwieled fit-2 t’April, 1982, u bħalissa huwa l-kowċ ta’ Ħamrun Spartans. Prosit lill-Kumitat tal-inizjattiva.
SAN SIRO L-ĠDID. Ikompli l-iter għall-bini tal-grawnd il-ġdid ta’ Milan u Inter. U lejn l-aħħar t’Ottubru se jiġu ppubblikati l-pjanti mid-ditta responsabbli, Foster+partners e Manica, l-istess li pproġettaw il-Wembley ġdid f’Londra. Il-grawnd mistenni jkollu 71,500 post (li 13,000 minnhom se jkunu fis-sezzjoni Premium), u mistenni jkun lest sal-2032, għal spiża ta’ madwar €2 miljardi u 150 miljun. Il-proġett jinkludi uffiċċji, lukandi, spazji kummerċjali, u ħafna ħdura. L-attività tista’ tħalli profitti madwar €418-il miljun fis-sena. U ladarba jinbiegħ il-bini l-ġdid u jitħallsu l-ispejjeż, kull soċjetà mistennija jkollha madwar €265 miljun ta’ plusvalenza annwali. Issa naraw.

Il-partita li jmiss: Milan-Lecce, tas-Serie A, nhar il-Ħadd, 20 ta’ Settembru, fid-20:45.

Ritratti (fuq): il-gowl ta’ Lukabakio fis-16’, u dak ta’ Kaminski fit-53’; (nofs): l-istess gowl bi 8 (!) plejers Milanisti jħarsu lejh fil-kaxxa; u t-tislima li l-klabb u t-tifosi taw lill-eks plejer maħbub Rui Costa, illum President tal-Benfica; (taħt): Altafini jiġi ppreżentat ukoll bil-flokk nru 9 (tifkira tad-doppjetta li skorja fil-finali tal-Coppa Campioni Milan-Benfica 2-1 tal-1963; u Marco Amelia, l-eks plejer tal-Milan u llum kowċ ta’ Ħamrun Spartans, jidher f’nofs is-sapporters Maltin fis-sede tal-MCM 1979 fil-Ħamrun Liberty.

Kwalunkwe opinjoni espressa minni mhux bilfors hi l-istess tal-Milan Club Malta 1979.

Il-wara nofsinhar it-tajjeb! Minkejja li lbieraħ ma ksibniex ir-riżultat mixtieq kontra Benfica, iż-żjara ta’ Marco Amel...
17/09/2026

Il-wara nofsinhar it-tajjeb! Minkejja li lbieraħ ma ksibniex ir-riżultat mixtieq kontra Benfica, iż-żjara ta’ Marco Amelia fil-Club tagħna kienet waħda tassew memorabbli. ⚽️

Grazzi lil dawk kollha li ġew u ngħaqdu magħna biex jagħmlu din l-okkażjoni waħda speċjali. ❤️

Forza Milan dejjem ! 🔴⚫

FT 0-2.
17/09/2026

FT 0-2.

HT 0-1.
16/09/2026

HT 0-1.

Address

Il-Hamrun

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Milan Club Malta 1979 posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share