Fr Joseph Cilia OFM Conv in loving memory 12th May 2013

Fr Joseph Cilia OFM Conv in loving memory 12th May 2013

Share

Guardian and Parish Priest

12/05/2020

Illum it-Tlieta 12 ta' Mejju huwa s-7 Anniversarju tal-mewt ta’ Patri JOE CILIA minn San Pawl il-Baħar ex Kappillan tal-Parroċċa. Studja fil-kulleġġ Serafiku f’Ruma.Wieħed mill-ewwel Missjunarji f’Kerala l-Indja fejn ħadem għal 26 sena. Fl-Indja kien Rettur tal-Postulanti, tan-Novizzi u tal-Kjerċi. Għal tliet darbiet wara xulxin Kustodju Provinċjali tal-Missjoni. Ħadem kemm felaħ biex il-Kustodja tal-Indja issir Provinċja. Lura Malta kien Vigarju Provinċjali, Gwardjan u Kappillan San Pawl il-Baħar. Reliġjuż ħabbrieki u dedikat għax-xogħol. Miet fid-Dar tal-Kleru Birkirkara wara marda qalila ta’ ftit xhur fil-għomor ta’ 61 sena. Sarlu funeral kbir fil-Parroċċa u jinsab midfun fil-qabar tal-patrijiet fil-Kappella taċ-Ċimiterju ta’ San Pawl il-Baħar. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem....
Hajr Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar

11/05/2019

l-Ħadd 12 ta' Mejju jaħbat is-6 Anniversarju tal-mewt ta' Patri Joe Cilia ex kappillan tal-Parroċċa.

P. Joe CILIA minn San Pawl il-Baħar. Studja fil-kulleġġ Serafiku f’Ruma. Wieħed mill-ewwel Missjunarji f’Kerala
l-Indja fejn ħadem għal 26 sena. Fl-Indja kien Rettur tal-Postulanti, tan-Novizzi u tal-Kjerċi. Għal tliet darbiet
wara xulxin Kustodju Provinċjali tal-Missjoni. Ħadem kemm felaħ biex il-Kustodja tal-Indja issir Provinċja. Lura
Malta kien Vigarju Provinċjali, Gwardjan u Kappillan San Pawl il-Baħar. Reliġjuż ħabbrieki u dedikat għax-xogħol. Miet fid-Dar tal-Kleru Birkirkara mibki min kulħadd wara marda qalila ta’ ftit xhur fil-għomor ta’ 61 sena.
Sarlu funeral kbir fil-Parroċċa u jinsab midfun fil-qabar tal-patrijiet fil-Kappella taċ-Ċimiterju ta’ San Pawl il-Baħar.
Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta' dejjem.

Quddies għal ruħu fil-Parroċċa
Is-Sibt 11 ta' Mejju-6.00pm
Il-Ħadd 12 ta' Mejju-6.00pm

12/05/2018

12 ta' Mejju 2018
5 snin mill-mewt tal-mibki imma qatt minsi Patri Joe Cilia OFM Conv Kappillan ta' San Pawl il-Baħar. RIP

Photos 18/06/2013
Photos 11/06/2013

Fr ARTHUR CUTAJAR, Franġiskan Konventwali, inħatar mill-Arċisqof ta' Malta bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta' Marija Addolorata f'San Pawl il-Baħar dan wara il-mewt ta Fr Joe Cilia.
AD MULTOS ANNOS KAPPILLAN

Photos 07/06/2013

7 ta'Gunju 2013

Wara konsultazzjoni li saret mal-entitajiet kollha tal-Parroċċa ta’ Marija Addolorata f’San Pawl il-Baħar, fi ftehim unanimu ġie deċiż li titħassar il-festa tal-istess parroċċa u dan wara l-mewt tal-Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar Patri Joseph Cilia.

Fi stqarrija, l-Kurja qalet li Patri Arthur Cutajar, bħala Amministratur Parrokkjali u President tal-Kumitat Festa Marija Addolorata, ikkonsulta mal-Komunità tal-Patrijiet, mal-Kumitat tal-Festa Marija Addolorata, Sultana tal-Martri u mas-Soċjetà Mużikali San Pawl, dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-festa titulari ta' Marija Addolorata f’San Pawl il-Baħar.

Patri Arthur Cutajar u l-entitajiet kollha msemmija waslu għal qbil unanimu li titħassar l-festa għal din is-sena, kemm iċ-ċelebrazzjonijiet fil-knisja kif ukoll dawk fit-toroq

14/05/2013

L-aħħar tislima lill-Kappillan Patri Joseph Cilia.

L-Ahhar Tislima.....Grazzi Kappillan. 14/05/2013
Photos 14/05/2013

Illum it-Tlieta 14 ta' Mejju, il-Knisja fethet fil-5.30am, u tibqa' miftuħa sa' l-12.00pm.
• Fit-3.00pm ser issir il-Quddiesa tal-Funeral.
Wara Korteo fejn il-Banda San Pawl ser takkumpanja l-katavru sa ħdejn Gormina, minn hemm issir it-tluq għad-Difna fiċ-Ċimiterju ta' San Pawl il-Baħar.

SAN PAWL IL-BAHAR JILQA LIL IBEN TIEGHU PATRI JOE CILIA KAPPILLAN 13/05/2013
Want your business to be the top-listed Gym/sports Facility in San Pawl il-Baħar?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Category

Website

Address


San Pawl Il-Baħar