Marsamxett Valletta Regatta Club

Marsamxett Valletta Regatta Club

Share

​Marsamxett Valletta Regatta Club, established in 1968, has a longstanding tradition of representing Valletta in traditional Maltese rowing competitions.

The club has consistently participated in events such as the annual regattas in the Grand Harbour.

31/07/2026

🎉 Awguri Sebastian! 💛💙

Illum nixtiequ nawguraw l-isbaħ xewqat lil Sebastian Debono f’għeluq sninu.

Grazzi tal-impenn u l-passjoni tiegħek lejn il-Marsamxett Valletta Regatta Club. Nawgurawlek saħħa, hena u sena mimlija suċċessi, kemm fil-ħajja kif ukoll fil-qdif.

Awguri f’għeluq sninek! 💙💛

28/07/2026

🎉 Awguri Jesmond! 💛💙

Minn rebħiet li baqgħu mnaqqxa fl-istorja tal-Marsamxett sal-ħidma bla waqfien fil-qawmien mill-ġdid tal-Klabb, il-vjaġġ tiegħek dejjem kien wieħed ta’ dedikazzjoni, lealtà u mħabba lejn il-Belt u l-kuluri Safra u Blu.

Grazzi ta’ dak kollu li tagħmel għall-Marsamxett Valletta Regatta Club.

Nawgurawlek saħħa, hena u ħafna suċċessi. Awguri f’għeluq sninek! 🎂💙💛

23/07/2026

🎉 Awguri Roderick!

Dan ir-ritratt antik ifakkarna fl-ewwel darba li qdifna flimkien mal-Marsamxett.

Illum nerġgħu nilqgħuk lura fil-familja Safra u Blu u nawgurawlek saħħa, hena u ħafna suċċessi.

Awguri f’għeluq sninek! 💛💙

21/07/2026

Merħba fil-familja Beltija ta’ Marsamxett! 💛💙

B’sodisfazzjon inħabbru żewġ żidiet għall-ekwipaġġ tal-Fregatini tal-Kategorija B.

Roderick Mallia jerġa’ jirritorna ma’ Marsamxett wara perjodu ’l bogħod mill-isport. Roderick diġà qadef bil-kuluri Beltin fis-snin li għaddew u issa jinsab lura magħna b’determinazzjoni ġdida.

Sebastian Debono se jibda l-ewwel esperjenza tiegħu fir-Regatta, u jagħmel l-ewwel passi tiegħu f’dan l-isport mal-klabb ta’ Marsamxett Valletta.

Nawgurawlhom kull suċċess hekk kif inkomplu nibnu l-ekwipaġġ Belti għar-Regatta ta’ Settembru. 💪🚣

Rod Mallia fans BeActive - SportMalta Valletta Ferry Services San Giovanni Valletta San Paolo Naufrago 5 Beans Kunsill Lokali tal-Belt Valletta

19/07/2026

Awguri Adolf! 🎉

Il-Marsamxett Valletta Regatta Club jawgura l-isbaħ xewqat lil Adolf Vella, Segretarju tal-Klabb, f’għeluq sninu. 🎉

Grazzi tal-ħidma u l-impenn tiegħek lejn il-Klabb.

Nawgurawlek ġurnata sabiħa u sena mimlija saħħa u suċċessi. 🌕🔵

16/07/2026

Marsamxett Valletta Regatta Club jixtieq jawgura Festa t-Tajba lill-komunità Beltija kollha, u b’mod speċjali lill-Karmelitani Beltin f’dawn il-jiem tant għeżież.

Nittamaw li dawn il-festi jimtlew bil-ferħ, l-għaqda u l-paċi fil-familji tagħna.

Il-Festa t-Tajba lilkom ilkoll! 💙💛🎉

13/07/2026

🔨 UPDATE – Il-vjaġġ ta’ Tal-Pampalun beda!

L-ewwel pass issa sar. L-injam għad-Dgħajsa tal-Midalji l-ġdida “Tal-Pampalun” nxtara u x-xogħol fuq il-bini tagħha beda uffiċjalment.

Dan il-proġett huwa aktar minn dgħajsa ġdida. Huwa investiment fil-futur tal-Marsamxett Valletta Regatta Club u fil-wirt tar-Regatta Maltija.

Issa neħtieġu l-appoġġ tagħkom biex inkomplu nibnu din il-ħolma flimkien.

📲 Donazzjonijiet fuq 99475791
📧 [email protected]

Kull donazzjoni tħalli l-marka tagħha. Grazzi minn qalbna! 💙💛

Photos from Marsamxett Valletta Regatta Club's post 11/07/2026

🥈 L-Ewwel Tiġrija. L-Ewwel Podju.

Prosit lil Saleisha, Martina u l-coxswain Eman għat-2 post fir-Regatta taż-Żgħażagħ. Prestazzjoni mill-aqwa fl-ewwel tellieqa tagħhom bil-kuluri ta’ Marsamxett. 👏💙💛

Prosit ukoll lil Kalkara Regatta Club għar-rebħ tal-Kategorija tan-Nisa u tal-Aggregate Shield.

Ringrazzjament lil Regatta Malta, lill-Kumitat Organizzattiv u lil SportMalta għall-impenn tagħhom lejn din ir-Regatta.

Fl-aħħar nett, ejja nkomplu nżommu ħajja l-viżjoni tal-mibki George Brydon, il-moħħ wara r-Regatta taż-Żgħażagħ, billi nkomplu ninvestu fil-qaddiefa tal-futur.

Forza Marsamxett! 💙💛

11/07/2026

💙💛 It-tieni post fl-ewwel tellieqa tagħhom! 🥈

Prosit lil Saleisha u Martina, li fl-ewwel tellieqa tagħhom kisbu t-2 post fir-Regatta taż-Żgħażagħ fuq il-Fregatina Bambina.

Kburin bikom! Forza Marsamxett! 💙💛

10/07/2026

💙💛 Għada fid-9:00am!

Il-Port il-Kbir jilqa' r-Regatta taż-Żgħażagħ (Under 18).

Ir-Regatta taż-Żgħażagħ hija l-pedament tar-Regatta Nazzjonali, fejn jitrawmu l-qaddiefa tal-futur.

Nawguraw kull suċċess lil Saleisha u Martina, li se jkunu qed jirrappreżentaw lil Marsamxett Valletta Regatta Club fuq il-Fregatina *Bambina.

Awguri lit-tim tagħna! 💙💛



Valletta Ferry Services | - 16dot7 Labs | San Giovanni Valletta - San Paolo Naufrago 5 Beans

Want your business to be the top-listed Gym/sports Facility in Valletta?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Website

Address


Triq Il-Lanca
Valletta