Santa Venera Lightnings FC

Santa Venera Lightnings FC

Share

Keep up to date with the latest news and exclusive content, engage with the club and fellow supporters. Forza Lightnings!

05/09/2026

Bi pjaċir inħabbru lil Claudio Zammit fil-kariga ta' Viċi President ta' Santa Venera Lightnings FC.

Claudio jingħaqad magħna b’entużjażmu, impenn u fuq kollox b’fiduċja fil-proġett u fil-viżjoni li għandna għall-futur tal-klabb.

Fit-tħabbira tiegħu, Claudio qal:

“Għażilt lil Santa Venera Lightnings għax nemmen fil-proġett, fl-ambizzjoni u fid-direzzjoni li rridu nieħdu. Laqatni ħafna l-impenn tan-nies involuti.

Għalija hija xi ħaġa importanti li naħdem f’ambjent fejn hemm viżjoni, rispett u xewqa li l-klabb jimxi ’l quddiem.

Ninsab ħerqan għall-istaġun li ġej u għal futur sabiħ ta’ dan il-klabb.”

Kliem li jaqbel perfettament mal-mentalità li rridu nkomplu nibnu, viżjoni, ambizzjoni, rispett u ħidma flimkien.

Merħba fil-familja tal-Lightnings, Claudio! ⚡

Nawgurawlek kull suċċess fir-rwol il-ġdid tiegħek bħala Viċi President.

FLIMKIEN NASLU. ⚡⚽

05/09/2026

Bi pjaċir nilqgħu lil Darren Grech bħala Viċi President ġdid fil-Kumitat ta’ Santa Venera Lightnings FC.

Darren ġej b’determinazzjoni, ambizzjoni u fuq kollox b’imħabba lejn Santa Venera u lejn il-futbol. Fit-tħabbira tiegħu kellu messaġġ ċar ħafna:

“Santa Venera raħal twelidi. Ma ġejtx mal-Lightnings biex insaħħan is-siġġu. Min jafni jaf x’għamilt f’kull kariga li kelli.

Jien ma nħobbx nitlef.

Irrid nara tim b’qalb, grinta u kburi li qed jilgħab ma’ dan it-tim.

Flimkien naslu." 💪⚡

Kliem li jirrifletti l-mentalità u l-ambizzjoni li rridu nkomplu nibnu fil-klabb tagħna.

Merħba fil-familja tal-Lightnings, Darren!
Nawgurawlek kull suċċess f’dan il-kapitlu ġdid.

FLIMKIEN NASLU! ⚡⚽

01/09/2026

🇨🇴💛💙 Akkwist Kolombjan għall-Lightnings! ⚡⚽

Santa Venera Lightnings FC iħabbar l-akkwist tal-plejer Kolombjan Johan Gutierrez.

Dan kien wieħed mill-aktar akkwisti diffiċli li kellna nwettqu dan is-sajf, hekk kif kollox baqa' miftuħ sal-aħħar mumenti. Fil-fatt, Johan kien ferm viċin li jiffirma ma' klabb ieħor, iżda wara ħidma kontinwa rnexxielna naslu għal ftehim biex jingħaqad magħna.

Nixtiequ nirringrazzjaw lit-Team Manager tagħna, Kurt James, tal-ħidma kbira li wettaq biex dan l-akkwist seta' jsir realtà. Kurt baqa' jaħdem sal-aħħar mument sabiex Johan ikun jista' jilbes il-flokk tal-Vendriżi dan l-istaġun.

Nilqgħuk magħna, Johan, u nawgurawlek kull suċċess mal-Lightnings! 🇨🇴💙💛⚡

31/08/2026

Santa Venera Lightnings FC iħabbru l-akkwist ta' Andre Mallia, plejer li mhuwiex wiċċ ġdid għalina, hekk kif fil-passat diġà kellu esperjenza mal-klabb tagħna.

Andre huwa prodott ta' St. George's u matul il-karriera tiegħu lagħab ukoll ma' Xgħajra Tornados kif ukoll ma' Hibernians.

Ninsabu kuntenti li qed nilqgħu lil Andre lura fl-iskwadra tal-Vendriżi u nawgurawlu kull suċċess għal dan l-istaġun. 💛💙

28/08/2026

Tħabbret il-mewt ta' Godwin Cuschieri ex coach tat-tim tagħna.

Kondoljanzi lil familjari kollha speċjalment lil Tarcisio Azzopardi coach tal-Youths.

28/08/2026

Santa Venera Lightnings FC iħabbar l-akkwist ta' Kurt Camilleri, li se jkun qed jingħaqad mal-iskwadra tagħna.

Kurt huwa prodott ta' Mosta FC u matul il-karriera tiegħu rrappreżenta wkoll lil Żebbuġ Rangers, Rabat Ajax u Mellieħa.

L-esperjenza li kiseb matul is-snin se tkun ta' valur għall-iskwadra tagħna.

Nilqgħuk magħna fl-iskwadra tal-Vendriżi, Kurt! 💛💙⚡

27/08/2026

Akkwist ġdid bejn il-lasti għal Santa Venera Lightnings FC, hekk kif Rodrick Debattista jingħaqad mal-iskwadra tagħna. 🧤⚽

Rodrick huwa goalkeeper internazzjonali Malti u ismu żgur mhuwiex ġdid fix-xena tal-futbol lokali.

Tul il-karriera tiegħu kiseb esperjenza vasta bejn il-lasti, fejn irrappreżenta diversi klabbs Maltin, fosthom Gżira United, Tarxien Rainbows u Senglea Athletic.

Bħalissa, Rodrick huwa wkoll il-goalkeeper tat-Tim Nazzjonali Malti tal-Veterani, u se jkun qed iġib miegħu esperjenza u preżenza importanti fl-iskwadra tagħna.

Merħba mal-Lightnings, Rodrick! 💛💙⚡

25/08/2026

L-akkwist li jmiss huwa Noah Camilleri 🤝⚽

Noah huwa prodott ta' San Ġwann u plejer b'potenzjal kbir, li matul il-karriera tiegħu diġà kiseb esperjenza ma' diversi klabbs stabbiliti fil-futbol Malti, fosthom Mosta, Hibernians u Tarxien Rainbows.

Dan it-trasferiment huwa wkoll riżultat tal-ħidma kontinwa tat-Team Manager tagħna, Kurt James, li ħadem bis-sħiħ biex Noah jingħaqad mal-iskwadra tagħna.

Nemmnu li Noah għandu l-kwalitajiet u l-potenzjal meħtieġa biex ikompli jiżviluppa u jkun żieda importanti għall-iskwadra tagħna matul dan l-istaġun.

Merħba mal-Lightnings, Noah! 💛💙⚡

Photos from Santa Venera Lightnings FC's post 22/08/2026

Bħal-lum 10 snin beda jitwaħħal it-tapit sintetiku tal-ground tagħna.

Diċenju li ra miżibilju ta' timijiet u għadd ta’ attivitajiet, mhux tal-futbol biss.

21/08/2026

We would like to thank Lamborghini Supercar Imports for financing part of the expenses for our new kits.

As a club, we truly appreciate your support and generous contribution. 🤝 💛💙

Want your business to be the top-listed Gym/sports Facility in Santa Venera?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Category

Telephone

Website

Address


522 Saint Joseph High Road
Santa Venera
SVR1016