20/09/2026
55 Anniversarju: Ftit taghrif mill-istorja tad-Distrett ta' Birzebbuga.
Wara li fid-19 ta' Settembru 1971 giet imwaqqfa l-8th September Regatta Birzebbuga, bdew isiru l-laqghat tal-kumitat fil-hanut li missier Mabbli Vella kellhu fi Pretty Bay, bl-isem ta’ Bay View Bar. Dan il-kumitat beda jahdem biex jakkwista l-opri li bijhom, il-qaddiefa ta' Birzebbuga jkunu jistghu itellqu fir-Regatta.
L-ewwel dghajsa kienet dik tal-Midalji bl-isem ta' Santa Marija u nbniet mill-Imghallem Alfred Baldacchino. Il-benefattur ta' din id-dghajsa kien il-fundatur u l-ewwel President tar-Regatta Mabbli Vella.
Fir-ritratt naraw il-hanut Bay View Bar fejn kien jiltaqa' l-ewwel kumitat tar-Regatta f'Birzebbuga. Ritratt ta' Simon Vella