Club Regatta Bormla

Club Regatta Bormla

Share

L-għan ta’ dan il-klabb volontarju hu li jżomm ħaj l-isport tar-Regatta Nazzjonali, nrawmu t-talent u nsaħħu l-wirt kulturali tagħna. Traditional Rowing club.

Segwina għal aġġornamenti dwar it-taħriġ, qdif u attivitajiet. Ibgħatilna messaġġ għal sponsors jew kollaborazzjonijiet.

07/05/2026

Avviz Ufficjali:

Permezz ta dan il-komunikat, Club Regatta Bormla jixtieq ihabbar li intemmet l-esperjenza tal-qaddief Clyde Debattista mal-klabb Bormliz.

Minn hawn nixtiequ nirringrazzjaw lil Clyde tal-impenn kbir li ta lill-Klabb tul dawn l-ahhar sentejn.

Nawguraw kull gid u success ghall-futur.

26/04/2026

Avviz Ufficjali:

Permezz ta dan il-komunikat, Club Regatta Bormla jixtieq ihabbar li intemmet l-esperjenza tal-qaddief Jurgen Camilleri mal-klabb Bormliz.

Jurgen kien parti mis-successi li rebah dan il-klabb fostom:

5 shields ta’ Jum il-Helsien.
5 shields ta’ Jum il-Vittorja.
Kien parti mit-tim ta’ 5 paljijiet tal-ewwel ghal darbtejn konsekuttivi fit-tiġrijiet ta’ Jum il-Vittorja.
U kif ukoll parti mit-tim tar-rebha storika ta’ 11 l-ewwel.

Min hawn nixtiequ nirringrazzjaw lil Jurgen tas-servizz impekkabli li ta lill-Klabb tul dawn l-ahhar 9 snin.

Photos from Club Regatta Bormla's post 22/04/2026

Aktar kmieni l-Klabb taghna ħa sehem f’ ċerimonja simbolika, hekk kif flimkien mad-distetti ta’ Senglea Regatta Club, Birgu Regatta Club u Kalkara Regatta club, ġarrew it-Torċa li tghat bidu ghal The Malta School Games.
Attivita li ntemet quddiem l-American University ġewwa Bormla.

12/04/2026

Analiżi Uffiċjali

Issa li għaddew 24 siegħa mit-tiġrijiet tar-Regatta tal-31 ta’ Marzu, li din is-sena kienet waħda partikolari peress li nqasmet fuq żewġ dati, il-Klabb Regatta Bormla jixtieq, l-ewwel nett, jifraħ lill-qaddiefa nisa li, permezz tal-prestazzjoni ta’ Kianha Camilleri Bali u Zenishia Pace , kisbu t-titlu ta’ champions tat-tiġrija tan-nisa għat-tieni darba fl-istorja tal-Klabb.

Filwaqt li għad trid issir analiżi aktar dettaljata tat-tiġrijiet kollha, il-Kumitat jixtieq jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bir-riżultati miksuba fiż-żewġ kategoriji.

Fil-Kategorija B, l-introduzzjoni ta’ diversi qaddiefa ta’ età relattivament żgħira ħalliet impatt pożittiv ħafna, li jħalli tama kbira għal ġejjieni promettenti għall-Klabb Bormliż. Bl-istess mod, fil-Kategorija Open, minkejja li l-Klabb għaddej minn fażi ta’ transizzjoni, xorta waħda wera livell kompetittiv għoli u baqa’ fil-ġlieda sal-aħħar tiġrija.

Sfortunatament, inċident matul it-tiġrija finali impedixxa lid-dgħajsa tagħna milli tasal sa tmiem it-tiġrija, meta kien għad hemm ċans reali li l-Klabb Bormliż jispiċċa fuq in-naħa rebbieħa, u permezz ta’ din il-paġna nawguraw ukoll fejqan ta’ malajr li l-qaddief Clyde Debattista li jinsab rikoverat l-isptar.

Il-Kumitat iħares ’il quddiem lejn ir-Regatta ta’ Settembru b’ottimiżmu u determinazzjoni, sabiex flimkien mal-qaddiefa jkompli jibni fuq dawn ir-riżultati pożittivi.

11/04/2026

Illum il-ġurnata 💙⚪️

Il-ħin wasal… l-ewwel tiġrija tibda fl-10:00am ⏰
Ejja ningħaqdu lkoll flimkien u nagħtu support kbir kif nafu aħna! 💪

Kullħadd għall-Belt! 🔥
Ejja nuru x’jiġifieri Bormla – qalb waħda, vuċi waħda! 💙

Narawkom hemm… COME ON BLUES! 💙⚪️

10/04/2026

Setting up The Office for tomorrow’s BIG day 🚣‍♂️

Thanks to Reuben Fava from the Laptop Factory 🙏

Come on Blues 🤍🩵

10/04/2026

Nkomplu fejn bdejna ⚪️🔵🔥

Għada Is-Sibt ⏰ 10:00AM
nerġgħu niltaqgħu hemm… aktar determinati minn qatt qabel 💪

Għajta waħda…
COME ON BLUES 💙🚣‍♂️

09/04/2026

Mill-bidu sal-aħħar… kollox għal dawn il-mumenti 🔵⚪️

Kull ġimgħa taħriġ, kull qatra għaraq… biex nerġgħu ninżlu għall-ġlieda 💙🔥
Issa wasal iż-żmien li nkunu kollha flimkien, nagħtu l-enerġija tagħna minn fuq ix-xatt 💪

Is-Sibt li ġej 11 ta’ April ⏰ 10:00 AM
ejja nimlew il-post bil-vuċi tagħna u nsostnu lil Bormla kif jixraq!

Meta nkunu magħqudin… ma jwaqqafna ħadd! 🚣‍♂️

COME ON BLUES 💙

Want your business to be the top-listed Gym/sports Facility in Cospicua?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Category

Website

Address


Door 1, Xatt Ir-Risq
Cospicua