Malta Racing Club

Malta Racing Club Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Malta Racing Club, Stadium, arena & sports venue, Malta Racing Club, Triq it-Tigrija, Marsa.

🇲🇹 REBĦA GĦAL CLINT VASSALLO HEKK KIF MALTA TAGĦLAQ PARTEĊIPAZZJONI POŻITTIVA OĦRA FIX-XENA INTERNAZZJONALI 🇲🇹Clint Vass...
20/09/2026

🇲🇹 REBĦA GĦAL CLINT VASSALLO HEKK KIF MALTA TAGĦLAQ PARTEĊIPAZZJONI POŻITTIVA OĦRA FIX-XENA INTERNAZZJONALI 🇲🇹

Clint Vassallo u Malta għalqu parteċipazzjoni pożittiva oħra fix-xena internazzjonali, din id-darba fil-Kampjonat Ewropew tal-FEGAT għas-Sewwieqa Amateurs fl-Awstrija.

Vassallo ma setax jibda l-kampjonat b’mod aħjar hekk kif fl-ewwel tiġrija kiseb rebħa mill-isbaħ fuq VELVET VINUS. Wara li tul it-tiġrija żamm pożizzjoni tajba, is-sewwieq Malti għażel il-mument opportun biex jagħmel l-attakk tiegħu u bi sprint finali b’saħħtu mar fuq quddiem fid-dritta finali biex kiseb rebħa impressjonanti. 🏆🇲🇹

Ix-xorti ma kinitx daqstant favorevoli fit-tieni tiġrija, meta Vassallo sofra puncture waqt it-tiġrija u eventwalment għalaq fl-aħħar post.

Fit-tielet tiġrija, Vassallo temm fis-7 post, biż-żiemel tiegħu jsegwi fil-grupp għal parti kbira mit-tiġrija qabel għalaq mal-grupp tal-insegwituri. Fl-aħħar tiġrija tal-kampjonat, Vassallo spiċċa fl-10 post, wara bidu kajman li ħallieh b’ħafna art xi jpatti, filwaqt li ż-żiemel tiegħu ma rnexxilux ikun kompetittiv biżżejjed biex jisfida għall-ewwel postijiet.

Wara l-erba’ tiġrijiet tal-kampjonat, Clint Vassallo ġabar total ta’ 24 punt biex temm fl-10 post fil-klassifika ġenerali.

L-edizzjoni 2026 tal-Kampjonat Ewropew tal-FEGAT fl-Awstrija għalqet b’dawn l-ewwel tliet pożizzjonijiet:

🥇 Vermund Madsen Drolsum – Norveġja 🇳🇴
🥈 Michael Hamann – Ġermanja 🇩🇪
🥉 Attila Kurucz – Ungerija 🇭🇺

👏 Prosit lil Clint talli rrappreżenta lil Malta u lill-Malta Racing Club, bil-qofol tal-parteċipazzjoni tiegħu jkun bla dubju r-rebħa memorabbli fl-ewwel tiġrija fuq VELVET VINUS. 🇲🇹🐎

Clint Vassallo jagħlaq fis-7 post fit-tielet tiġrija tal-kampjonat. Issa jifdal tiġrija waħda fil-Kampjonat Ewropew għal...
20/09/2026

Clint Vassallo jagħlaq fis-7 post fit-tielet tiġrija tal-kampjonat. Issa jifdal tiġrija waħda fil-Kampjonat Ewropew għal Sewwieqa Amateurs taFEGAT European Trotting Amateur-Drivers Federation .

Riżultat kemxejn sfortunat fit-tieni tiġrija wara li ħabta u puncture għamluha diffiċli għaż-żiemel ta' Clint Vassallo A...
20/09/2026

Riżultat kemxejn sfortunat fit-tieni tiġrija wara li ħabta u puncture għamluha diffiċli għaż-żiemel ta' Clint Vassallo ATALANTA biex ikun kompetittiv fit-tiġrija u spiċċa fl-aħħar pużizzjoni.

20/09/2026

Rebħa Eċċellenti għal Clint Vassallo fl-ewwel tiġrija tal-Kampjonat Ewropew FEGAT għal Sewwieqa Amateurts. Wara li avvanza mgħotti tul it-tiġrija huwa inqabad mikxuf fl-aħħar 500metru u baqa' javvanza sakemm għala rebbieħ.

Clint Vassallo Wins in Vienna during the FEGAT European Amateur Drivers Championship

Clint Vassallo jipprepara l-ewwel parteċipant tiegħu tal-ġurnata
20/09/2026

Clint Vassallo jipprepara l-ewwel parteċipant tiegħu tal-ġurnata

20/09/2026

Clint Vassallo jibda l-parteċipazzjoni tiegħu ġewwa l-Awstrija fil-Kampjonat Ewropew tal-FEGAT għal-ġerrejja Amateurs madwar siegħa oħra bl-ewwel tiġrija tibda ftit 3pm.

Segwu l-parteċipazzjoni tiegħu live fuq din l-ħolqa

fans
FEGAT European Trotting Amateur-Drivers Federation

Il-Malta Racing Club għadu kif ġie avżat illi għada l-Korsa ser tibqa' miftuħa wara t-tluqijiet tal-karozza sa l-10 ta' ...
19/09/2026

Il-Malta Racing Club għadu kif ġie avżat illi għada l-Korsa ser tibqa' miftuħa wara t-tluqijiet tal-karozza sa l-10 ta' filgħodu.

Programm ta' tiġrijiet għal-Ponijiet u d-Dilettanti ta' għada s-Sibt ġewwa l-korsa Principali.
18/09/2026

Programm ta' tiġrijiet għal-Ponijiet u d-Dilettanti ta' għada s-Sibt ġewwa l-korsa Principali.

Il-laqgħa ta' tiġrijiet għal-ponijiet u d-dilettanti ta' għada s-Sibt ser tibda f'nofsinhar (12:00pm)
18/09/2026

Il-laqgħa ta' tiġrijiet għal-ponijiet u d-dilettanti ta' għada s-Sibt ser tibda f'nofsinhar (12:00pm)

Clint Vassallo jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Ewropew tal-FEGAT fi VjennaIl-Malta Racing Club għażel lis-sewwieq...
18/09/2026

Clint Vassallo jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Ewropew tal-FEGAT fi Vjenna

Il-Malta Racing Club għażel lis-sewwieq amateur ta’ esperjenza Clint Vassallo sabiex jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Ewropew tal-FEGAT 2026 għas-Sewwieqa Amateurs, li se jsir fit-Trabrennpark Krieau fi Vjenna, l-Awstrija, nhar il-Ħadd li ġej, 20 ta’ Settembru.

Il-parteċipazzjoni ta’ Vassallo qiegħda tiġi ffinanzjata kompletament minn EquestriMalta, li permezz tal-appoġġ kontinwu tagħha tagħti l-opportunità lis-sewwieqa Maltin jikkompetu f’kampjonati internazzjonali prestiġjużi u jirrappreżentaw lil pajjiżna fix-xena Ewropea tat-tiġrijiet taż-żwiemel.

Il-programm tat-tiġrijiet tal-kampjonat se jsir nhar il-Ħadd illi ġej, bil-parteċipazzjoni ta’ 13-il sewwieq li se jirrappreżentaw lill-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, Malta, in-Netherlands, in-Norveġja, Spanja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera.

Il-kampjonat se jkun mifrux fuq erba’ tiġrijiet, kollha fuq distanza ta’ 2,100 metru. L-ewwel tiġrija hija skedata għat-3:00pm, bit-tiġrijiet l-oħra jsiru fl-4:00pm, fl-4:30pm u fil-5:00pm. Vassallo se jsuq lil Velvet Venus fl-ewwel tiġrija, lil Atalanta fit-tieni waħda, lil Jace Renka TF fit-tielet tiġrija u lil Power Vita fl-aħħar tiġrija tal-kampjonat.

Ir-rappreżentant Malti huwa fost l-aktar sewwieqa ta’ esperjenza fil-lista ta’ parteċipanti ta’ din is-sena. Liċenzjat sa mill-2001, Vassallo kiseb 276 rebħa matul il-karriera tiegħu, fosthom 14-il rebħa fl-istaġun kurrenti. Huwa se jaffronta diversi kompetituri internazzjonali ta’ livell għoli, fosthom it-Taljan Matteo Zaccherini, il-Belġjan Piet van Pollaert u l-Awstrijak Thomas Royer.

Dan se jkun appuntament internazzjonali importanti ieħor għal Vassallo, li kiseb l-aqwa riżultat li qatt kisbet Malta f’dan il-kampjonat meta rrappreżenta lill-pajjiżna fl-edizzjoni tal-2024, li saret fil-Belġju, fejn spiċċa fit-tielet post. Ir-ritorn tiegħu f’din il-kompetizzjoni jagħtih l-opportunità li jibni fuq dak ir-riżultat storiku, filwaqt li għal darb’oħra jirrappreżenta l-kuluri Maltin fuq livell Ewropew.

Il-Malta Racing Club jawgura kull suċċess lil Clint Vassallo u jirringrazzja lil EquestriMalta talli qiegħda tiffinanzja kompletament il-parteċipazzjoni tiegħu, kif ukoll għall-investiment kontinwu tagħha fl-iżvilupp internazzjonali tat-tiġrijiet tat-trott Maltin.

Address

Malta Racing Club, Triq It-Tigrija
Marsa
MRS2915

Opening Hours

Monday 07:30 - 15:00
Tuesday 07:30 - 15:00
Wednesday 07:30 - 15:00
Thursday 07:30 - 15:00
Friday 07:30 - 15:00
Saturday 07:30 - 12:00

Telephone

+35621224800

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Malta Racing Club posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to Malta Racing Club:

Shortcuts

Share