Nisa Laburisti - NL

Nisa Laburisti - NL

Share

Nisa Laburisti fi hdan il-Partit Laburista

Nisa Laburisti fi hdan il-Partit Laburista tigbor fija individwi bi ħsieb progressiv, imsejjes fuq prinċipji soċjalisti demokratiċi, bl-ghan li niddiskutu u nqajjmu issues relatati mal-emancipazzjoni tal-mara fis-socjeta Maltija. Nahdmu flimkien biex is-socjeta Maltija tkun wahda inklussiva u nistabillixu bilanc bejn is-sessi; biex fl-ahhar mill l-ahhar tgawdi jgawdu 'l familji Maltin u Ghawdxin.

30/07/2026

Ilbieraħ kellna l-opportunitá li niltaqgħu mal-Ministru Rosianne Cutajar li hija responsabbli mill-portafoll tal-ugwaljanza fejn filfatt iddiskutejna diversi temi pertinenti għall-mara fis-soċjetá tagħna fosthom is-suġġett ta’ surrogacy, il-mard trażmess sesswalment, pay transparency u l-ugwaljanza bejn is-sessi inġenerali.

Mal-Ministru tkellimna dwar iż-żieda fl-ammont ta' pre-genetic testing li jista’ jsir waqt il-proċess tal-IVF li ħabbar il-Gvern fl-ewwel mitt jum ta’ din il-leġiżlatura u saħansitra bħala fergħa nsistejna li l-koppji Maltin għandu jkollhom firxa aktar wiesgħa ta’ testijiet disponibbli għalihom. Dan filwaqt li ssuġġerejna wkoll li tinfetaħ diskussjoni dwar l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.

Iddiskutejna wkoll dak magħruf bħala l-‘Equality Bill’, fejn flimkien qbilna li se terġa’ ssir laqgħa bejn il-fergħa u l-Ministeru b’mod formali sabiex dan jiġi diskuss aktar fil-fond għaliex nafu kemm dan l-abbozz ilu jiġi diskuss, nifhmu kemm dan l-abbozz se jagħti riżorsi fil-mixja tagħna lejn l-ugwaljanza, nemmnu li l-ugwaljanza kulħadd għandu x’jirbaħ minnha u għaldaqstant m’għandux jintefa’ fuq xkaffa u jintesa’.

IVF reform: Progress achieved should never become an excuse to stand still 21/07/2026

“If we genuinely believe in reproductive healthcare, then our legislation must evolve alongside science.” 🔬

The evolution of science has widened our potential to limit suffering especially in areas such as IVF where prospective parents are already dealing with the heaviness of infertility. We should continue to minimize such possibilities through genetic testing which provides couples with a sense of assurance and relief in an already anxious situation.

Click the Link below to read more 👇

IVF reform: Progress achieved should never become an excuse to stand still We should be proud of how far Malta has come. But progress should never become an excuse to stop progressing

09/07/2026

Nirringrazzjaw lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Ian Borg li minkejja li għadha kif bdiet din il-leġiżlatura, għamel ħin sabiex jiltaqa’ magħna bħala fergħa fejn miegħu ddiskutejna ftit prijoritajiet relatati ma’ saħħet il-mara fosthom is-suġġett tal-IVF hekk kif Gvern Laburista qiegħed jaħdem sabiex iwessa’ l-parametri ta’ pre-genetic testing fl-ewwel mitt jum ta’ din il-leġiżlatura.

Se nkunu qed naħdmu u nappoġġjaw lid-Deputat Prim Ministru f’ħidmietu sabiex naċċertaw li saħħet il-mara tingħata prijoritá.

Photos from Nisa Laburisti - NL's post 04/07/2026

Nisa Laburisti jixtiequ jiringrazzjaw lil Leonid McKay għax-xogħol dedikat u l-impenn li wera matul iż-żmien tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista.

Nawgurawlu kull suċċess fl-irwol il-ġdid tiegħu u ninsabu ċerti li se jkompli jagħti l-aqwa tiegħu b’dedikazzjoni u professjonalità.

Fl-istess waqt, nagħtu merħba mill-qalb lill-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Partit Laburista Ivan Falzon. Inħarsu ’l quddiem biex naħdmu flimkien, b’koperazzjoni u impenn, għall-ġid tal-Partit u tal-pajjiż.

03/07/2026

Nisa Laburisti extends its heartfelt congratulations to our President Nikita and her husband Roderick on becoming the proud parents of beautiful baby Sophie. Welcome to the world, Sophie! 🎀

Photos from Nisa Laburisti - NL's post 02/07/2026

Today, Nisa Laburisti had the pleasure of meeting with a Chinese delegation to discuss ways of strengthening cooperation and fostering mutual learning in the field of women's affairs between Malta and China.

Our discussions focused on sharing best practices in empowering women's development, particularly through initiatives that support young women, promote employment and entrepreneurship, and encourage women's holistic growth and participation in society.

We also reaffirmed our shared commitment to strengthening friendly exchanges and enhancing people-to-people connections among women in both our countries, paving the way for greater collaboration and mutual understanding.

01/07/2026

Għada kulħadd mistieden fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista għall-għeluq tal-Konferenza Ġenerali.

Wara l-konferma tat-tmexxija, se nkomplu nibagħtu messaġġ ta’ għaqda, fiduċja u ħidma għaż-żmien li ġej.

Speaker seeks MPs’ views on childcare services in parliament 30/06/2026

Nisa Laburisti tappoġġja bi sħiħ l-inizzjattiva tal-provvista ta’ servizzi ta’ childcare fil-binja tal-Parlament għall-membri parlamentari u ħaddiema tal-istess istituzzjoni.

Għaldaqstant ninsabu ferħana u nilqgħu b’idejna miftuħa l-aħbar li l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati qiegħed jerġa’ jitfa’ fuq l-aġenda din il-materja tant importanti li se tkun qed tagħti daqqa t’id u għajnuna sostanzjali lill-membri parlamentari u l-ħaddiema tal-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, liema istituzzjoni tkompli tiffunzjona għal sigħat twal wara l-ħin tax-xogħol ordinarju.

Speaker seeks MPs’ views on childcare services in parliament Labour MP Ramona Attard backs the initiative, saying parliament should be made more functional for everyone

26/06/2026

Il-maiden speech ta' Fleur Abela mmarkat mument storiku fil-Parlament Malti. Pass ieħor lejn rappreżentanza aktar inklużiva, fejn dak li jgħodd tassew mhuwiex min int, iżda l-impenn u d-dedikazzjoni tiegħek biex taqdi lill-poplu.

Nisa Laburisti tibqa' kommessa li tkompli ssaħħaħ rappreżentanza ġusta u inklużiva, biex kull persuna tħossha rappreżentata u jkollha l-opportunità sservi lill-pajjiż.

24/06/2026
Want your business to be the top-listed Gym/sports Facility in Il-Hamrun?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Telephone

Website

Address

Nisa Laburisti, Centru Nazzjonali Laburita
Il-Hamrun
1717ĦAMRUN