14/05/2026
Għeżież membri ta’ Pupi Zanetti Malta,
Nixtiequ nirringrazzjawkom tal-appoġġ u l-preżenza tagħkom ilbieraħ waqt li ġejtu taraw il-logħba mal-club. Kienet serata sabiħa mimlija passjoni, entużjażmu u atmosfera mill-aqwa bejn il-familja tagħna Nerazzurra.
Ir-rebħa tal-kampjonat tagħmilha aktar speċjali, u għalhekk dalwaqt se nkunu qed inħabbru attività kbira biex flimkien niċċelebraw dan is-suċċess kif jixraq! 🏆
Grazzi mill-qalb lil kull min jattendi u jagħti sehmu biex il-club tagħna jibqa’ magħqud u attiv.
Sempre Forza Inter! 🖤💙🏆🏆